Maltese

maltesefeelingfront

Tifhem l-iskop tal-Karti:

Argumenti se jinqalgħu żgur, l-importanti hu li tkun taf x’għandek tagħmel u x’passi trid tieħu (l-erba’ “dispożizzjonijiet”: Emozzjonijiet, Mossi Ħżiena u Mossi Tajbin, Nagħmlu Paċi).L-ewwel nett hemm raġuni għala din id-diskussjoni hija meħtieġa, hawn aħna nesprimu s-sentimenti tagħna. Imbagħad issir id-diskussjoni proprja, fejn il-koppja tiddiskuti, kultant b’mod tajjeb u kultant żbaljat. Hija fin-natura tal-bniedem li iktar faċli li jagħmel mossi ħżiena. L-isfida hi li tinduna li għamilt mossa ħażina u tkun matur biżżejjed li tgħaddi għal mossa tajba. Ħafna mossi ħżiena, fl-aħħar jagħmlu ħsara lir-relazzjoni.

 

Iktar ma tagħmel mossi tajbin iktar il-komunikazzjoni tkun effettiva. Wara li tkunu għamiltu iktar minn mossa waħda tajba, tkunu tistgħu taslu biex ‘tagħmlu paċi’ u tirranġaw id-differenzi ta’ bejnietkom. Jekk temmnu fl-idea intom tistgħu tiżviluppaw ħiliet biex issolvu kull argument u tinkoraġġikom tkunu sinċieri billi tħossukom komdi tesprimu l-emozzjonijiet tagħkom. Din hija essenzjali f’relazzjoni dejjiema.

maltesebadmovefront

 

Sir familjari ma’ kull Karta:

L-aħjar mod kif issir familjari mal-Karti hu li taqbad ‘dispożizzjoni’ waħda waħda u tiddiskuti l-Karti f’din id-‘dispożizzjoni’ partikulari. Kull ‘dispożizzjoni’ għandha kulur differenti u fiha messaġġ u b’xi suġġerimenti fuq wara. Poġġu l-Karti kif jidhru fl-istampa u tibdew tindunaw li dawn id-‘dispożizzjonijiet’ jirriflettu l-passi kif tistgħu tmexxu diskussjoni.

Iddiskutu l-Karti bejnietkom billi tieħdu Karta u tiddiskutu l-messaġġ tagħha. Is-suġġerimenti fuq wara tal-Karta jgħinu d-diskussjoni. Fil-bidu tas-suġġerimenti ssibu mistoqsija ġenerali u taħtha ssibu punti varji li jistgħu jgħinukom tiddiskutu u tirriflettu fuq id-‘dispożizzjoni’ u l-messaġġ tal-Karta.

 

Fil-ħajja ta’ kuljummaltesegoodmovefront

 

Wara li ssiru familjari mal-Karti tistgħu tibdew tużawhom fil-ħajja ta’ kuljum. Ibdew billi tagħżlu Karta, jew iktar minn waħda, li tirrifletti xi argument jew burdata tal-passat u qabblu d-diskussjoni mal-Karta li għażiltu.

 

Jew tistgħu tagħżlu d-‘dispożizzjoni’ u l-Karta l-iktar li tirrifletti sitwazzjoni preżenti. Eżempju  “Taqla’ l-passat” u ppruvaw ifhmu din id-‘dispożizzjoni’  u ddiskutu x’tistgħu tagħmlu minn issa ’l quddiem.

Tistgħu wkoll tużaw xi Karta biex tgħinkom tikkomunikaw u taqsmu dak li qegħdin tħossu. Eżempju tixtiequ taqsmu l-emozzjoni li “Qed inħoss in-nuqqas tiegħek”, tisgħu tpoġġu din il-Karta f’post prominenti biex is-sieħeb / sieħba tiegħek taraha (fuq il-mejda, fejn iċ-ċwievet, mal-fridge…). Min-naħa tiegħek jekk inti issib Karta, ipprova ifhem dak li s-sieħeb / sieħba tkun qed tipprova tgħidlek u ddiskutu l-Karta flimkien. Eventwalment tħossukom kunfidenti li tużaw il-Karti waqt diskussjoni. Eżempju f’nofs argument li tħossukom qed titilfu l-kontrol jew qed tirrabmaltesemakingupfrontjaw, wieħed minnkom jagħżel “Ejja nieqfu ftit”.

.

Dan il-kunċett ikun suċċess jekk kull wieħed u waħda minna jemmen li jagħti parti minn ħajtu għal ġid tas-soċjetà. Meta taraw li dan il-kunċett ħadem għalikom, għadduh lil oħrajn. Il-veru hena f’relazzjoni tiġi minn kemm tagħti, billi taqsam l-esperjenzi tiegħek ma’ oħrajn, biex anke huma jistgħu jgawdu l-ferħ li qed tħossu.

Whilst you are free to share these cards with your friends, all material provided by Couple Cards is protected by national and international copyright laws and no re-sale or any other unauthorized licensing, transformation or adaptation of any material can be carried out without the prior written consent of Couple Cards.

 

Contact Julian & Joanna Sant Fournier info@couplecards.com

Click here to see Couple Cards in several languages

 

 


Provided by orange county fountain repair